Il-45 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race tibda s-Sibt 19 ta’ Ottubru, fil-1100 ta’ filgħodu mill-port il-kbir, il-Belt Valletta.
Ir-rotta l-aktar rinomata fil-Mediterran għall-kompetizzjonijiet offshore tidher li se twassal għal tiġrija klassika oħra. Jottijiet diversi u ekwipaġġi differenti se jisfidaw lil xulxin u kontra għadu komuni… it-temp, li huwa mbassar li se joffri sfida iebsa li tirrikjedi tattika, paċenzja, u reżiljenza.
Ir-rotta ċirkolari ta’ 606 mili nawtiċi hija lesta biex tonora l-wegħda tradizzjonali tagħha li toffri sfida lil- jottijiet li jvarjaw fid-daqs minn 9.43 metri (31 pied) sa 30.48m (100 pied), u l-ekwipaġġi bl-esperjenza ma dawk li qatt ma pparteċipaw qabel.
Ir-rebbieħ ġenerali tar-Rolex Middle Sea Race u rebbieħ tat-trofew jittieħed b’mod determinat mill-korrezzjoni tal-ħin IRC. L-ħila minflok id-daqs tal-jott se tkun id-determinanti ewlenija.
Xi dettalji bażiċi: madwar 1000 ekwipaġġ minn 42 nazzjon huma mqassma fuq 112-il jott li jirrappreżentaw 30 pajjiż. L-ixjaħ parteċipant għandu 80 sena u l-iżgħar għandu 14-il sena. L-eqdem jott huwa El Oro ta’ Timothy Wilson, imniedi fl-1974, filwaqt li l-aktar ġdid huwa Vineta ta’ Wolf Scheder-Bieschin mill-2024.
Seb Ripard u Daniel Calascione bil-jott Calypso huma l-iżgħar f’dimensjoni. L-akbar jottijiet huma Scallywag ta’ Seng Huang Lee minn Hong Kong u Black Jack 100 ta’ Remon Vos.
Ir-rebbieħ ġenerali tas-sena l-oħra, Bullitt ta’ Andrea Recordati ta’ 93 pied, ser jerġa’ lura għat-tielet darba b’ekwipaġ’ msaħħaħ.
Lucky mill-Istati Uniti hija l-ex rebbieħa ta’ ħames line honours – Rambler 88 u hija theddida b’saħħita jekk ir-riħ ikun qawwi. Is-sid il-ġdid Bryan Ehrhart għandu esperjenza kbira tat-tellieqa. Hu rebaħ it-trofew fl-2010, iżda s-sena l-oħra sofra ħsarat li waqqfitu milli jkompli t-tellieqa.
Minkejja riħ qawwi minn nofsinhar mbassar għall-bidu, il-kundizzjonijiet ġenerali ma jidhrux li huma stabbli biżżejjed biex isir attentat fuq ir-rekord tat-tiġrija stabbilit fl-2021. “Il-previżjoni tidher differenti ħafna meta mqabbla mas-snin riċenti bi kwantità tajba ta’ riħ, xita u maltempati kif ukoll xi żoni kbar ta’ riħ ħafif,” ikkumenta Mike Broughton, weather forecaster tat-tellieqa. “Għandna ċentru ta’ pressjoni baxxa li qed jimxi madwar Sqallija u sistema frontali li għandha tgħaddi qabel il-bidu tat-tiġrija. Ir-riħ minn tlieta sa 33 mili nawtiċi fis-siegħa jista’ jkun mistenni matul l-ewwel 60 siegħa. Din se tkun tiġrija diffiċli għat-timijiet kollha.”
Lee Satariano u Christian Ripard minn Malta, li kienu trijonfanti flimkien fl-2011 u fl-2014, qed jikkompetu għal darb’oħra ma’ l-aħħar Artie ta’ Satariano. “Jekk tħares lejn il-previżjoni attwali, l-ewwel lejl potenzjalment jista’ jkun diffiċli,” ikkummenta Ripard. “Ir-riħ mhux daqshekk qawwi, iżda x-xita u s-sħaba tal-maltemp huma eżatt fejn irridu mmorru.” L-aħwa Podesta minn Malta, Aaron, Christoph u Maya, jirritornaw ma’ Elusive 2, rebbieħa fl-2019 u fl-2020, filwaqt li l-baħri Franċiż Géry Trentesaux, skipper tal-aqwa jott fl-2018, jinsab ukoll hawn, din id-darba bil-jott Long Courrier.
Fl-aħħar tal-iskala ta’ esperjenza hemm Pippa Bartolo Parnis fuq il-J/109 Jarhead ta’ 35 pied, imdaħħla mill-Jarhead Young Sailors Foundation. Bartolo Parnis hija waħda mit-tliet membri tal-ekwipaġġ l-aktar żgħażugħ li qed jikkompetu fl-ewwel Rolex Middle Sea Race tagħhom.
“Verament qed nistenna bil-ħerqa t-tiġrija. Għamilt ftit tlielaq offshore iqsar din is-sena, u nħobb is-sens ta’ libertà li toffri l-baħar. Inħobb ukoll id-dinamika tat-tim u li nkun parti minn familja kbira abbord,” qalet Bartolo Parnis ta’ 15-il sena, li kienet totalment involuta fil-preparazzjoni tad-dgħajsa.
Li tieħu sehem f’din it-tiġrija f’età żgħira huwa rit ta’ passaġġ segwit minn diversi baħrin Maltin. Il-Jarhead Young Sailors’ Foundation ibbażata f’Malta toffri l-opportunità lil dawk li jaspiraw li jsiru baħrin offshore biex jitgħallmu l-ħiliet u r-reżiljenza meħtieġa. Numru ta’ gradwati tagħha huma mxerrdin madwar il-flotta, u Jarhead innifsu huwa mmexxi minn Gary Mercieca ta’ 25 sena, li ser jikkompeti f’din it-tellieqa r-raba’ darba.