F’kitba fuq Facebook, l-aġenżija Infrastruttura Malta nfurmat lill-pubbliku li għada, is-Sibt 18 ta’ Jannar bejn is-sitta ta’ filgħodu u s-sagħtejn ta’ wara nofsinhar, se jkun qed jittelgħu 14-il travu fil-proġett tal-Mara Junction. B’kawża ta’ dan ix-xogħol, il-konessjoni bejn Vjal Sir Paul Boffa u Triq Aldo Moro se tkun miftuħa b’korsija waħda f’kull direzzjoni biss. Filwaqt li l-korsiji l-oħra se jkunu magħluqin minħabba s-saħħa u sigurtà tal-ħaddiema u dawk li jkunu għaddejjin min din iż-żona.
F’dan in-nofstanhar se jkunu qed jittelgħu 14-il travu tal-konkos li huwa twil 30 metru u jiżen madwar 38 tunnellata. Dan ix-xogħol se jkun qiegħed jgħaqqad parti oħra mill-flyovers li se jinfetħu sal-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
L-aġenżija Infrastruttura Malta appellat lill-pubbliku sabiex jekk jgħaddu minn din ir-rotta jagħmlu dan bil-galbu u b’attenzjoni. L-aġenżija appellat sabiex jekk ikun possibli jużaw rotot alternattivi minn Santa Luċija, Ħal-Luqa u Ħal-Qormi. Se tinfetaħ it-triq fl-inħawi ta’ Baċir Numru 7, fejn minn Raħal il-Ġdid wara l-MCAST tiħdok għall-Marsa. Hija saħqet kif il-pulizija flimkien ma’ Transport Malta ser ikunu fil-post biex jgħinu lil dawk li jkunu għaddejjin mill-inħawi.