Matul il-jum tas-Sibt se jkun deċiż min se jieħu post Norman Darmanin Demajo, għall-kariga ta’ President tal-għola struttura tal-futbol Malti, l-MFA. Għal din il-kariġa se jkunu qegħdin jikkontestaw Chris Bonett u Bjorn Vassallo.
Din l-għażla se tkun qed issir hekk kif is-Sibt se titlaqa l-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA f’lukanda ewlenija fil-Furjana.
Apparti l-elezzjoni għall-kariga ta’ President, se tkun qed issir elezzjoni oħra għall-kariga ta’ Viċi President. B’din il-konstezzjoni se tkun ikkontestata bejn Adrian Casha, Peter Fenech, Cory Greenland, Alex Mante, Ludovico Micallef u Matt Paris.