Studju li sar fir-Renju Unit fl-aħħar jiem wera riżultati xejn sbieħ għas-settur tal-bejgħ. Minkejja li s-skontijiet fil-ħwienet Ewropej huma 0.5% iktar minn snin oħrajn, ix-xiri minn ħwienet tal-ħwejjeġ jew sbuħija naqas drastikament meta mqabbel mas-snin ta’ qabel. Il-British Retail Consortium, il-BRC, li wettaq l-istudju, qal li s-sħana li qed tagħmel dan is-sajf qed taqta’ qalb il-konsumaturi biex joħorġu jixtru, tant, li il-bejjiegħa qed jistennew il-Ħarifa bil-ħerqa.
Is-sħana fl-Ewropa kapaċi tibqa’ għaddejja sa Ottubru.