F’temperaturi li jlaħħqu mas-36 grad celsius, jidher li għal xi wħud speċjalment għat-turisti, dawn huma temperaturi wisq għolja.
Fuq il-paġna tal-midja soċjali Malta Diżastru Totali, ġie ppublikat ritratt li juri żewġ turisti nisa li nieżlu jgħumu mingħajr ħwejjeġ allegatament ħdejn l-akwati tal-Belt Valletta.
one.com.mt għamel kuntatt mal-Pulizija li minn naħa tagħhom ikkonfermaw li ma sar l-ebda rapport dwar nudità.