Fl-aħħar ġimgħat smajna b’aktar appelli biex immorru nagħtu d-demm, appell li żdied wara li s-sħana tas-Sajf qed tbiegħed lin-nies milli jmorru fiċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm. Minkejja li numru ta’ donaturi qed izommu l-appuntament tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet, xorta waħda mhux qed ikun hemm biżejjed donazzjonijiet biex iċ-Ċentru jkun jista’ jlaħħaq mad-domanda.
Spjegalna iktar dwar dan, Tony Micallef miċ-Ċentru Nazzjonali tal-Għoti tad-Demm.