Il-fatt li fis-Sajf pajjiżna jintlaqat minn sħana kbira mhix xi ħaġa ġdida, madankollu din is-sena bosta nħasdu hekk kif it-temperaturi baqgħu jogħlew tant li jinħassu l-fuq mill-erbgħin grad celcius. Fil-fatt il-mewġa ta’ sħana li bħalissa qed thedded lill-Ewropa kollha, ġiet imlaqqma bl-isem ta’ “Luċifru”.
It-temperaturi estremi qed iħallu bosta effetti madwar l-Ewropa fosthom bil-biża għan-nirien fil-foresti li qed tkompli tikber.
It-tim ta’ One News żar il-Belt Valletta fejn bħalissa qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Duminku. Wieħed mal-ewwel seta’ jinduna li s-sħana hawnhekk ma ħassritx festi, hekk kif bosta attendew bi ħġarhom għall-briju tal-marċ ta’ fil-għodu.
Tkellimna ma’ diversi persuni li kienu hemm u kollha qablu li xejn ma seta’ jżommhom milli jinżlu jiċċelebraw ill-festa tal-patrun. Wisq inqas is-sħana.