Il-lava mill-vulkan li żbroffa fuq il-gżira Spanjola ta’ La Palma, qed jasal fl-Oċean Atlantiku. Ħaġa li qed tqajjem biżgħat kbar ta’ gassijiet tossiċi u splużjonijiet.
Kif juru bosta filmati u ritratti, bħalissa qed jidher duħħan abjad flimkien mal-lava li nieżla fil-baħar.
Bosta qalu kif dan l-isħab jista’ jwassal għal kimika fl-arja, problema inkwetanti li taffetwa b’mod negattiv il-ġilda, l-għajnejn u anke n-nifs tal-bniedem.
Sa issa diġà nqerdu mijiet ta’ djar kawża ta’ dan l-iżbroff li seħħ fis-19 ta’ Settembru li għadda. Min-naħa l-oħra sitt elef persuna kellhom jitilqu minn djarhom.