Is-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista kkundannat l-attakk vandalu li sar matul il-lejl li għadda fuq il-propjetà tas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit.
Fi stqarrija, din is-sezzjoni esprimiet is-solidarjetà mas-Sur Zammit filwaqt li awgurat li l-investigazzjonijiet tal-pulizija jwasslu sabiex dawn l-individwi jinqabdu u ssir ġustizzja.
Il-President tas-Sezzjoni Kunsilliera tal-Partit Laburista Mario Fava qal li atti bħal dawn huma deplorabbli u kodardi.
L-istqarrija temmet tgħid li għandha ssir ġustizzja wkoll mas-soċjetà inġenerali li m’għandhiex tittollera azzjonijiet simili.
ARA WKOLL:
https://www.one.com.mt/2020/09/25/bil-filmat-il-karozza-ta-alfred-zammit-tiehu-n-nar-fil-belt-valletta/