Is-sewwieq ibbażat f’Malta Zachary David reġa’ saq fil-Kampjonat Ewropew tal-Formula 4 wara waqfa għas-sajf fl-Autodromo Nazionale di Monza fis-16 u s-17 ta’ Settembru.
Minkejja li beda fil-15 il-pożizzjoni, David ikkonkluda l-weekend fuq nota tajba u bl-aqwa prestazzjoni tiegħu fit-tielet tellieqa. Iż-żagħżugħ ta’ 16-il sena kien fuq attakk mod tajjeb u kiseb 3 postijiet fl-ewwel dawra. Wara perjodu tas-Safety Car fisser li David seta jkompli javvanza biss fl-aħħar dawra fejn iddeċieda li avvanza pożizzjoni oħra, spiċċa fir-raba’ post u assigura t-tielet post fil-kategorija għal sewwieqa ġodda.
B’riżultati proviżorji, Zachary David bħalissa jinsab fis-6 post tal-klassifika u r-4 fost is-sewwieqa ġodda. Issa qed jipprepara għar-ritorn tal-Kampjonat Taljan tal-F4 fit-30 ta’ Settembru sal-1 ta’ Ottubru f’Mugello, filwaqt li l-avveniment li jmiss tal-Kampjonat jsir fl-aħħar ta’ Ottubru f’Barċellona.
Wara t-tellieqa Zachary David qal: “Esperjenza pożittiva għall-ewwel tiġrija lura wara l-waqfa twila tas-sajf. Dejjem speċjali ġewwa Monza. Il-pass kien tajjeb ħafna matul il-weekend, kienet ftit xorti ħażina biss li żammietna milli niksbu r-riżultat li kien ħaqqna. Xorta ħadna podju, ġbarna punti tajbin, u tajna wirja tajba. Ninsabu aktar motivati għall-aħħar ftit tiġrijiet din is-sena. Nistenna ’l quddiem għat-tiġrija li jmiss f’Mugello fi tmiem il-ġimgħa.”