Nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 27 u 28 ta’ Jannar, fil-Kuwait Motor Town fil-Kuwajt, Zachary David, sewwieq tat-tlielaq tal-Formula 4 li jsuq taħt il-Bandiera Maltija u b’Liċenzja tat-tlielqa Maltija, spiċċa fl-ewwel post fit-tieni rawnd tal-Kampjonat tal-Formula 4 tal-Emirati Għarab Magħquda.
Wara inċident fl-ewwel kwalifikazzjoni, David xorta rnexxielu jispiċċa fil-ħames pożizzjoni fit-tieni kwalifikazzjoni.
Peress li David ma kkwalifikax fl-ewwel kwalifika, kellu jibda fl-aħħar pożizzjoni. David kien is-sitt sewwieq l-aktar veloċi fit-tellieqa b’hekk David beda t-tieni tiġrija fis-sitt pożizzjoni. Waqt it-tieni tiġrija, David kien wieħed mill-ewwel ħames sewwieqa qrib ħafna ta xulxin, u ma rnexxielux javvanza aktar.
Fit-tielet tiġrija, David approfitta mill-kaos tal-bidu u kien fit-tieni pożizzjoni sa tmiem l-ewwel dawra, jiġifieri avvanza erba’ postijiet fuq quddiem tat-tellieqa f’dawra waħda biss. David għamel mossa tajba għal-ewwel poziżżjoni wara li reġgħet bdiet is-safety car u mbagħad ikkontrolla l-pass. David kien veloċi, akkwista vantaġġ tajjeb, u rebaħ it-tellieqa!