Is-Sibt, 20 ta’ April, fil-Lukanda Intercontinental f’San Ġiljan, il-Malta Motorsport Federation organizzat l-Enemed Malta Motorsport Awards. Matul din is-serata, il-Federazzjoni tippermetti lill-klabbs affiljati magħha biex jagħtu award lil wieħed mis-sewwieqa, uffiċjali jew voluntiera tagħhom.
Għal dawn il-premjijiet, il-Federazzjoni stiednet lil Arturo Merzario u lil Manuel Avira Rogers.
Merzario, eks-sewwieq Taljan tat-tlielaq, ipparteċipa f’85 Grand Prix tal-Kampjonat tal-Formula Wieħed, u ddebutta fil-Grand Prix tal-Ingliżi tal-1972. Din is-sena, Merzurio qed jiċċelebra t-80 sena tiegħu. Rogers huwa l-Viċi-President tal-FIA għall-Isport.
Il-Malta Classic ta l-ewwel premju, l-organizzaturi tal-Grand Prix tal-Imdina, lil Dr Karen Zammit Southernwood, segwit min dak tal Old Motors Club Malta li ngħata lis-Sur Alex Attard.
Island Radio Model Car Club ippremja lis-Sur Peter Francalanza, u Karting Club Malta u Island Karting Club taw il-premjijiet tagħhom lis-Sur Mario Bartolo u lis-Sur Nicky Gauci, rispettivament.
Island Car Club taw il-premju tagħhom lis-Sur Didier Bugeja, il-Malta Drag Racing Association taw il-premju tagħhom lis-Sur Carmel Cilia, u The Malta Drifting Association tat l-award lis-Sur Kane Pisani. All Wheel Drive Club Malta ppremjat lis-Sur Anthony Formosa Randon, u Ford Owners Group ippremjat lis-Sur Salvu Debono.
L-ogħla premju mar għall-Inductee il-ġdid tal-Hall of Fame, is-Sur Hubert Camilleri.
Hubert Camilleri huwa meqjus bħala leġġenda fix-xena tal-motorsport lokali, speċifikament fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb. Beda l-karriera tiegħu fil-kwarta ta’ mil u wara kompla fl-Hillclimb. Fil-passat, huwa rebaħ b’mod regolari il-kampjonat nazzjonali għal-13-il darba. Camilleri huwa l-aktar sewwieq li qatt rebaħ dan il-kampjonat, rekord diffiċli biex jingħeleb.
Waqt id-diskorsi tagħhom, kemm l-Onor. Dr Clifton Grima u Duncan Micallef irreferew għall-ammont enormi ta’ xogħol importanti li għaddej minn wara l-kwinti relatat mal-korsa ġdida tat-tiġrijiet u l-upgrading tal-Malta Drag Racing Raceway u La Reve Karting Track.
Il-Federazzjoni żejnet id-daħla tal-lukanda b’diversi karozzi mill-klabbs affiljati u oħra mill-isponsor Muscat Motors. Madankollu, l-aktar vettura li ġibdet l-attenzjoni kienet Abarth Osella PA1, karozza misjuqa minn Merzario f’Goodwood u l-istess mudell u speċifikazzjonijiet ta’ Abarth Osella lu Merzario saq fis-snin 70.
Ritratti: Dylan Darmanin