Matul iż-żjara tiegħu f’Istanbul, it-Turkija, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Joe Mizzi kellu wkoll laqgħa għolja mal-Ministru għall-Enerġija u Riżorsi Naturali tat-Turkija, Fatih Donmez.
Matul din il-laqgħa ġew diskussi l-isfidi li Malta u t-Turkija qed jaffaċċjaw fis-setturi tal-enerġija u l-ilma, b’mod partikolari sfidi li huma komuni għaż-żewġ pajjiżi, kif ukoll l-opportunitajiet għaż-żewġ pajjiżi biex jaħdmu flimkien biex jegħlbu dawn l-isfidi.
Ġie maqbul li jsiru diskussjonijiet fuq livell tekniku biex jiġi identifikat framework ta’ kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi li jwassal għal inizjattivi tanġibbli ta’ koperazzjon