Fil-Kunsill tal-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea, ġew diskussi l-prijoritajiet u l-aġenda ta’ pajjiżna fis-settur tal-enerġija matul il-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’Malta.
Il-Ministru Konrad Mizzi spjega li dan kien l-aħħar Kunsill taħt Presidenza Slovakka, u li matul din il-Presidenza sar progress tajjeb f’dik li hija enerġija.
Iżda, l-Ministru tenna li fadal aktar xi jsir biex l-Unjoni Ewropea jkollha sorsi ta’ enerġija aktar nodfa. Matul il-Presidenza f’pajjiżna, se tkun qed tiġi diskussa leġiżlazzjoni Ewropea bl-għan li l-Unjoni Ewropea toffri sigurtá msaħħa fil-provvista ta’ enerġija għal kulħadd, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi fil-viċinat tal-Unjoni Ewropea.
Se jkunu qed jiġu diskussi wkoll it-tibdil fil-klima u t-tabelli li nsibu fuq apparat domestiku dwar l-effiċjenza enerġetika.