Is-settur tal-blockchain f’Malta qiegħed dejjem jissaħħaħ dan hekk kif il-Fondazzjoni Poseidon ħabbret li ser timxi fuq il-passi tal-kumpaniji ġganteski BINANCE u OKEx u twaqqaf l-operat tagħha f’pajjiżna.
Il-Fundatur ta’ din il-fondazzjoni Laszlio GIRICZ qal li huwa kburi li l-organizazzjoni li waqqaf ser tkun parti mill-komunita’ tal-blockchain f’Malta li kull ma jmur qegħda dejjem tikber u fl-istess waqt issaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru ta’ eċċellenza.
Sadanittant, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri esprima s-sodisfazzjon li Fondazzjoni ta’ din ix-xorta li għandha valuri bħal dawk tal-Gvern Malti li tara kif ħa tindirizza t-tibdil fil-klima permezz ta’ proġetti li joffru appoġġ sabiex tiġi salvagwardjata id-dinja.