“Li tkun mara jfisser biss li tkun mara, is-sess tiegħek ma jġorrx timbri.” Dan kien il-messaġġ li Dr Lydia Abela fil-Jum Internazzjonali tal-Mara.
Hija waslet dan il-messaġġ permezz ta’ filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali.
Nisa oħra li ġejjin minn sferi differenti fil-ħajja għaddew messaġġ li l-ebda mara mhi l-istess, u kollha għandhom irwol importanti fil-ħajja: kemm jekk huma mexxejja, nisa ta’ karriera, ommijiet u anke dawk li jisfidaw dak li huwa meqjus bħala n-normalità.
Huma appellaw biex in-nisa ma jħallu lil ħadd jgħidilhom mara x’għandha u m’għandhiex tkun.