Id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Union Ħaddiema Magħqudin waslu għall-ftehim dwar il-podjatristi li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Għaldaqstant il-UĦM mil-lum stess irtirat l-azzjonijiet industrijali li kienu ilhom fis-seħħ għal diversi jiem.
Fost affarijiet oħra sar qbil bejn iż-żewġ naħat fejn fil-jiem li ġejjin numru ta’ allied assistants se jiġu ngaġġati biex jgħinu lil podjatristi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Wara laqgħat bejn iż-żewġ naħat, id-Dipartiment tas-Saħħa u l-UĦM, qablu dwar l-implimentazzjoni tar-riforma fil-mod ta’ kif titmexxa l-klinika tal-podjatrija fil-Kura Primarja.