Minħabba azzjoni industrijali maħruġa lbieraħ mill-Assoċjazzjoni tal-Kontrolluri tal-Operazzjonijiet (AAOC), il-linja tal-ajru tixtieq tinforma lill-klijenti tagħha li s-servizzi kollha tal-Air Malta nklużi t-titjiriet kollha qed joperaw b’mod normali.
Kien hemm xi dewmien fit-titjiriet lejn Londra minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fuq il-belt.
Ix-xogħol li normalment jiġi mmaniġġjat miċ-ċentru tal-kontroll tal-operat tal-linja tal-ajru issa qed jiġi mogħti minn operatur privat.
Dalgħodu t-tmexxija tal-Air Malta kellha laqgħat ta’ konċiljazzjoni mal-union.
Għalkemm sa issa dawn il-laqgħat ma kinux konklużivi, l-Air Malta u l-Gvern se jibqgħu miftuħa għal aktar diskussjonijiet bil-għan li tinstab soluzzjoni għal din il-kwistjoni.
Il-linja tal-ajru se tkompli tagħmel l-almu tagħha biex tiggarantixxi laħjar servizz possibbli u l-anqas inkonvenjenza possibbli għall-klijenti tagħha.