Is-servizzi ta’ Transport Malta għadhom sospiżi minħabba ħsarat tekniċi fis-servers kawża ta’ attakk fuq is-sistema tal-informatika ta’ din l-entità.
Dan l-attakk seħħ fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt li għadda.
B’rabta ma’ dan il-każ intalbet l-għajnuna tal-Pulizija u nfetħet inkjesta Maġisterjali.
Transport Malta skużat ruħha mal-pubbliku għal kull inkonvenjent u qalet li qed taħdem biex l-operat jirritorna għan-normal malajr kemm jista’ jkun.