Fi stqarrija, Transport Malta avżat li se tkun qed tissospendi b’mod temporanju s-servizzi tagħha f’Raħal Ġdid.
Dan minħabba ħsarat tekniċi li l-Awtorità m’għandiex kontroll fuqhom.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’hekk Transport Malta spjegat li s-servizzi li jingħataw mill-A3 Towers fi Triq l-Arkata għalissa huma sospiżi.
Żiedet tavża li fid-dawl ta’ dan is-servizzi mill-uffiċini ta’ Triq Pantar f’Ħal Lija qed jingħataw b’mod normali.
Intant Transport Malta tenniet li qed tagħmel dak kollu possibbli mal-kuntrattur li inċidentalment ikkawża l-qtugħ tas-servizzi, biex dawn jiġu lura għan-normal fl-inqas żmien possibli.