Is-sitwazzjoni f’Gaza kompliet tmur għall-agħar, hekk kif intfew is-servizzi ta’ komunikazzjoni kollha, fosthom dawk tal-internet u t-telefon.
Dan hekk kif issa hu mistenni li l-invażjoni mill-militar Iżraeljan fuq l-art, tkompli fid-direzzjoni tan-Nofsinhar tal-Istrixxa ta’ Gaza.
Bil-maġġoranza tan-nies f’din issa jinsabu fin-Nofsinhar, wara li ġew inforzati jitilqu minn djarhom u jinżlu lejn in-naħa t’isfel tal-Istrixxa ta’ Gaza.
S’issa, kważi 11,500 Palestinjan inqatlu mill-bidu ta’ din il-gwerra fil-Lvant Nofsani.