Il-kumpanija Google ħabbret li fil-jum tal-Ħamis esperjenzat xi problemu fis-servers tagħha u għalhekk kull min għandu xi kont jew servizz mal-Google seta’ esperjenza xi problemi tekniċi.
Il-kumpanija qalet li fi ftit ħin irċeviet kważi tliet elef ilment minn persuni minn madwar id-dinja li rrapportaw illi sabu xi problemi waqt li kienu qed jibgħatu jew jirċievu emails.
Intant, Google għamlet diversi aġġornamenti matul il-jum u saħansitra is-servizz tal-Gmail ġie għan-normal kmieni waranofsinhar.