Il-Kumpanija Facebook stqarret li s-servizzi tagħha reġgħu lura għan-normal wara dawn ġew affettwati f’diversi postijet madwar id-dinja. L-aktar pajjiżi milquta minn din il-problema kienu l-pajjiżi Ewropej u dawk tal-Amerka ta’ Fuq.
Il-ħsarat bdew fis-1pm tal-Erbgħa u ġew milquta diversi siti tal-midja soċjali fosthom: Facebook, Instagram u WhatsAspp.
Kelliem għal Facebook stqarr li l-problem ġiet ikkawżata meta kienet għaddejja proċedura normali ta’ manutenzzjoni meta ġie ntraċċat fis-sistema. Minħabba f’hekk, dawk li jużaw Facebook ma setgħux itellgħu filmati u ritratti.
Din l-istorja fuq Twitter bdiet tinxtered permezz tal-#Facebookdown u #instagramdown.
L-Aġenzija tas-CIA wkoll irrappurtat li ġiet affettwata minn din is-sitwazzjoni.
Is-sitwazzjoni ġiet lura għan-normal kmieni dalgħodu. Il-kumpanija skużat ruħha mal-utenti tagħha għal xi inkonvenjenza li setgħet inħolqot.
Aktar kmieni din is-sena Facebook affaċċja sitwazzjoni simili li damet ġurnata sħiħa. Iżda din kienet deskritta bħala l-ikbar problema li affaċċja Facebook wara li ġew milquta 2.7 billjun utent ta’ Facebook, kif ukoll Instagram u applikazzjoni ta’ messaġġi.