L-Internet TV bħal Netflix mhux meqjus bħala sostitut għal servizzi tat-televiżjoni lokali. Dan ħareġ minn stħarriġ li sar mill-Aworità ta’ Malta dwar il-komunikazzjoni li sar bejn Novembru u Diċembru 2017 dwar is-servizzi tax-xandir u t-televizjoni minn fost konsumaturi residenzjali. Huma biss 34% tal-partecipanti li qalu li juzaw l-internet tv. Dan juri tnaqqis ta’ 19-il punt percentwali meta mqabbel mal-istharrig tal-2015.
Min-naħa l-oħra jiżdied l-użu tal-IPTV-Android filwaqt li jonqos l-użu ta’ servizzi bis-satellita. 3% biss li pparteċipaw fl-istħarriġ għandhom aċċess għal servizz tat-televiżjoni bis-satellita.
Dan l-istħarriġ sar minn Grant Thornton f’isem l-MCA u fih ipparteċipaw 906 familja.