Is-servizz tat-telecare jinsab lura għan-normal, wara li kien temporanjamnet sospiż minħabba ħsarat tekniċi min-naħa tal-operatur.
Dan qalu s-Segretarjat Parlamentari għal Persuni b’Diżabiltà u l-Anzjanità Attiva u d-Dipartiment tal-Anzjanità Attività u Kura fil-Komunità fi stqarrija.
Is-Segretarjat Parlamentari u d-Dipartiment, fl-istqarrija qalu li jixtiequ jirringrazzjaw lill-operatur tal-impenn biex dan seta’ jsir f’qasir ħin biex iħalli l-inqas impatt possibli.
Dan is-servizz tat-telecare jgħin lill-anzjani li jgħixu fil-komunità biex jinfurmaw b’messaġġ lill-qraba tagħhom f’każ ta’ emerġenza. Min dan is-servizz igawdu madwar 8,000 anzjan/a.