Il-Malta Public Transport tinforma lit-Trasport Pubbiku li s-Servizzi tas-Sajf jibdew minn għada 12 ta’ Ġunju 2016, b’karozzi tal-linja aktar frekwenti fuq rotot popolari u servizz ta’ trasport pubbliku estiż għall-bajjiet.
Peress li għandek tallinja card ser tkompli tgawdi nollijiet orħos matul is-sena kollha, waqt li l-biljetti li jintraw minn fuq il-karozza tal-linja jiswew €2 matul is-sajf. Ser ikun hemm karozzi tal-linja aktar frekwenti, bi 300 vjaġġ aktar kuljum, f’dawn ir-rotot:
Rotta 212 – Tas-Sliema – Buġibba
Rotta 221 – Iċ-Ċirkewwa – Buġibba
Rotta 222 – Tas-Sliema – Iċ-Ċirkewwa
Rotta 223 – Buġibba – Għajn Tuffieħa
Rotta 225 – Tas-Sliema – Għajn Tuffieħa
Rotta 31 – Il-Belt – Buġibba
Rotta 310 – Ir-Rabat – Marsalforn
Rotta 311 – Ir-Rabat – Id-Dwejra
Rotta 322 – Marsalforn – L-Imġarr (għall-vapur)
Is-servizz tat-trasport pubbliku se jkun estiż għal dawn il-bajjiet popolari: L-Armier, Wied iż-Żurrieq, il-Ġnejna, Popeye Village u Għar Lapsi
Il-flotta ta’ karozzi tal-linja se tikber fil-ġimgħat li ġejjin, bi 33 karozza tal-linja ġdida maħluqa apposta għat-toroq tagħna u li jesgħu aktar passiġġieri. Il-karozzi tal-linja l-ġodda għandhom l-arja kkundizzjonata, huma aċċessibbli għal persuni b’diżabilita u jħarsu aktar lill-ambjent.