Is-servizz tal-Gozo Channel ġie sospiż b’mod temporanju, dan wara li kien hemm theddida ta’ bomba.
Ħabbar dan il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, permezz tal-paġna ta’ Facebook tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-forzi tal-ordni għaddejjin b’operazzjoni sabiex jaraw jekk verament hemmx dan il-periklu b’rabta ma’ dan ir-rapport u għalhekk iż-żona wkoll ġiet evakwata.
Il-port tal-Imġarr jinsab magħluq u l-ebda opra tal-baħar ma tista’ tidħol jew toħroġ.
Fil-fatt il-vapur tal-fast ferry li kellu jidħol ftit minuti ilu kellu jerġa’ jdur lejn il-Port il-Kbir.