Ftit tal-mumenti ilu l-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Channel Joe Cordina kkonferma ma’ One.com.mt li s-servizz tal-Gozo Channel se jibqa’ sospiż tul il-lejl kollu minħabba kundizzjonijiet ħżiena tal-baħar. Huwa qal dan f’telefonata ma’ ONE News fejn sostna li dan qed isir minħabba s-sigurtà tal-passiġġieri.
Is-servizz ilu sospiż mit-Tlieta filogħdu hekk kif ir-riħ beda jlaħħaq il-Forza 8 mil-Lbiċ.
Intant il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem sabiex jagħmel arranġamenti ma’ diversi lukandi sabiex l-Għawdxin maqbuda f’Malta jkunu jistgħu iqattgħu l-lejl f’lukanda bi prezz ridott.
Dan ħabbritu l-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fejn spjegat li l-ministeru nieda linja tat-telephone 2210000 għal dawk kollha maqbuda Malta. Hija spjegat ukoll li sa issa diġa saru arranġamenti ma’ numru ta’ lukandi ewlenin fejn qed joffru ljieli bi prezzijiet ridotti.