Il-vapuri tal-Gozo Channel reġgħu bdew jaħdmu bl-iskeda normali.
Dan wara li fl-aħħar jumejn, minħabba l-maltemp u riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna, il-vjaġġi ma kenux qed jaħdmu mal-iskeda normali u għal xi waqtiet is-servizz ġie sospiż.
Il-vapuri reġgħu bdew jitrakkaw ukoll mill-port normali taċ-Ċirkewwa.
Kienu bosta li rringrazzjaw lill-ħaddiema kollha tal-kumpanija, li minkejja l-maltemp u xi kultant xi perikli, xorta waħda baqgħu għaddejjin bis-servizz tagħhom bejn il-gżejjer.