Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali ħabbar li s-servizz taċ-childcare li qed joffri l-Gvern għall-ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, se jkun estiż ukoll għat-tfal ta’ dawk il-ħaddiema li jaħdmu fil-forzi dixxiplinati.
Dan sabiex dawn il-ħaddiema jkunu jistgħu jkomplu jaqdu lill-pajjiżna.
It-tmexxija tal-korpi relattivi se tkun qed tagħti dettalji dwar dan is-servizz fil-jiem li ġejjin.