Is-servizz ta’ childcare b’xejn offrut mill-Gvern fl-Iskola Primarja ta’ San Ġwann għat-tfal tal-professjonisti tas-saħħa se jkun estiż ukoll għat-tfal ta’ dawk il-professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-kura għall-anzjani, kif ukoll it-tfal tal-ħaddiema tal-korpi dixxiplinati.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Owen Bonnici fuq il-midja soċjali. Huwa sostna li huwa onorat li qed ikun offrut dan is-servizz għal dawk il-ħaddiema li qegħdin iwettqu ħidma siewja għall-pajjiżna.