Is-Servizz Sigriet Malti, l-MSS, se jkun qed jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti li ordnat lill-Avukat tal-Istat u l-MSS biex iħallsu €10,000 f’danni lil George Degiorgio, wieħed mill-allegati eżekuturi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan wara li l-Qorti waslet għall-konklużjoni li nkissrulu d-drittijiet.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri spjega kif l-MSS ma jaqbilx ma’ din il-konklużjoni u kien għalekk li se jkun qed jappella.
Id-deċiżjoni tal-Qorti ppreseduta mill-Imħallef Toni Abela, kkonkludiet li t-telefonati ta’ Degiorgio ġew interċettati b’mod irregolari.
Dan hekk kif Degiorgio kien ilmenta proprju dwar dan fejn il-Qorti li ħadet dik id-deċiżjoni wara li ma ġiet ippreżentata bl-ebda evidenza li l-MSS kisbu xi awtorizzazzjoni biex it-telefonati jiġu interċettati u b’hekk ikkonkludiet li nkisrulu l-jeddijiet.