L-intelliġenza Belġjana kkonfermat dak li qal il-Gvern preżenti f’Malta li saru l-verifiki u ma nstab xejn wara li investigat każ ta’ spjunaġġ miċ-Ċina minn Dar Malta fl-2007.
Is-sit awtorevoli EU Observer irrapporta li ċ-Ċiniżi li daħlu biex jirrinovaw Dar Malta fi Brussell ġibdu l-attenzjoni tas-servizz sigriet tal-Belġju.
Mill-verifiki li saru ġie kkonfermat li ma sar l-ebd spjunaġġ.
Fil-jiem li għaddew, il-ġurnal Franċiż Le Monde rrapporta l-allegat spjunaġġ li seta’ sar minn Dar Malta fl-2007, fi żmien Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi u Richard Cachia Caruana kien rappreżentant permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija l-Gvern preżenti aċċenna li s-sistema tas-sigurtà tar-Rappreżentanza Permanenti nbidlet u tjiebet matul dawn l-aħħar sentejn.