Matul l-imxija tal-Coronavirus, is-Servizz Pubbliku baqa’ għaddej mija fil-mija b’servizz b’saħħtu. Stqarr dan is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, fil-Jum Dinji tas-Servizz Pubblika meta żar għadd kbir ta’ ħaddiema li kienu protagonisti waqt din l-imxija.
Fost iż-żjarat li għamel is-Sur Cutajar kienu ġewwa l-uffiċini tas-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika mmexxija mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u d-Direttur s-Sur Clive Tonna. F’din iż-żjara, il-Kap taċ-Ċivil iltaqa’ ma’ għadd ta’ ħaddiema, fosthom dawk li ħadu ħsieb sabiex saru ‘l fuq minn 84,000 test tul l-imxija u dawk li ħadu ħsieb il-contract tracing.
Fi żjara oħra, is-Sur Cutajar żar il-ħaddiema tad-Divizjoni tal-Indafa Pubblika f’Kordin, fejn hawnhekk iltaqa’ mad-Direttur Ġenerali s-Sur Ramon Deguara. Hawnhekk ġie spjegat kif dawn il-ħaddiema ddiżinfettaw madwar 43,000 kilometru ta’ bankini fejn kważi ntużaw tliet miljun litru ta’ ilma.
Żjara oħra li għamel il-Kap taċ-Ċivili kienet fl-uffiċini tal-LESA fil-Fgura, fejn hawnhekk iltaqa’ maċ-Chairman is-Sur Raymond Zammit. Waqt din iż-żjara, is-Sur Cutajar ġie spjegat kif matul il-pandemija, il-ħaddiema tal-LESA qasmu madwar 800 xirja lil perusni li kienu fi kwarantina jew vulnerabbli, filwaqt li tqassmu mediċini li madwar 3,600 pazjent.
Il-Kap taċ-Ċivil żar ukoll l-uffiċni tal-Malta Enterprise, iltaqa’ maċ-Chairman is-Sur William Wait u mal-Kap Eżekuttiv is-Sur Kurt Farrugia. Hawnhekk is-Sur Farrugia ġie spjegat li tul dawn iż-żminijiet irċievew madwar 60,000 mistoqsija mill-pubbliku.
Waqt dawn iż-żjarat, is-Sur Mario Cutajar qal kif is-servizz pubbliku minkejja li waqt il-pandemija kien taħt pressjoni, xorta waħda wera lil kulħadd li kien kapaċi jadatta u jibqa’ għaddej fl-aqwa tiegħu.