Is-Servizz Pubbliku beda l-ħidma tiegħu biex il-miżuri tal-Baġit 2023 li ġew ippreżentati t-
Tnejn li għadda jitqassmu bejn il-Ministeri rispettivi u minnufih tibda l-
implimentazzjoni tagħhom.
Għal kull miżura jitħejja pjan ta’ azzjoni, b’dettalji dwar kif il-miżura se tkun qed tiġi
fis-seħħ. Sussegwentament, id-Direttorat tal-Implimentazzjoni tas-Servizz Pubbliku
jibda jsegwi l-progress b’mod regolari, u jibda jsir rappurtaġġ li perjodikament jittella
wkoll għall-konsiderazzjoni tal-kabinett tal-Ministri.
Dan jassigura li dak li jkun imwiegħed fid-diskors tal-baġit verament jitwettaq. Fil-
fatt, fl-aħħar snin is-Servizz Pubbliku dejjem kellu rati ta’ twettiq ta’ miżuri b’saħħtu,
b’rapport dettaljat dwar l-implimentazzjoni jiġi ppubblikat kull sena f’Ottubru,
aċċessibbli wkoll mis-sit tas-Servizz Pubbliku. Ta’ min isemmi li miżuri pendenti minn
baġits preċedenti jibqgħu taħt il-lenti sakemm jitwettqu wkoll.
Is-Servizz Pubbliku jagħmel ukoll eżerċizzju biex kull miżura tal-Baġit tiġi allinjata
mal-miri tal-iżvilupp sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonjiet Magħquda. F’dan l-ambitu, Malta ġiet klassifikata bħala t-33 l-aħjar pajjiż minn madwar 165 pajjiż.