Il-kumpanija Gozo Channel ħabbret li s-servizz tal-vapur bejn Malta u Għawdex jista’ jesperjenza dewmien u saħansittra jiġi kkanċellat.
Dan hekk kif fl-aħħar ħin, it-temp kompla jiggrava, u l-maltemp huwa mbassar li jkompli għada. Bħalissa pajjiżna għandu twissija ta’ Grigal qawwi fis-seħħ għall-Port il-Kbir u Marsamxett.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għandna wkoll twissija ta’ riefnu fis-seħħ għall-ibħra, sa 50 mil madwar Malta. L-Uffiċju Metereoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi li l-maltempata Helios ser timxi minn fuq il-Baħar Libjan lejn il-Gżejjer Maltin.