Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien mal-Kummissarju tal-Films Johann Grech, żaru l-ġonna tal-Gardjola fl-Isla, Dan hekk kif bħalissa qed isir il-filming tas-serje Brittanika ‘Secret Service’.
L-istazzjon ITV kien ħabbar din id-drama ta’ spjunaġġ f’nofs is-sena oħra, bdiet l-iffilmjar f’Londra u wara f’Malta din is-sena.
Din is-sensiela, adattata mir-rumanz bl-istess isem tal-ġurnalist tal-ITV Tom Bradby, hija waħda mit-tmien produzzjonijiet li bħalissa qed jiġu prodotti jew iffilmjati f’pajjiżna.
Is-serje ta’ ħames episodji, taħt id-direzzjoni ta’ James Marsh, qed tkun prodotta bl-assistenza tal-Kummissjoni tal-Films Maltija, grazzi għall-programm tal-cash rebate.
Il-produzzjoni qed timpjega madwar 150 crew, fosthom 122 Malti u Għawdxi. B’hekk in-numru ta’ crew Malti u Għawdxi jaħdmu fil-films qed ikompli jikber.
Ix-xogħol fuq din is-serje qed isir fil-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla u f’Ħad Dingli.
