Is-serje komiku Ingliż ‘Fawlty Towers’ se jerġa’ jsir mill-ġdid wara 40 sena.
Dan hekk kif John Cleese, li kien interpreta l-parti ta’ Basil Fawlty se jikteb mill-ġdid din is-sensiela u se jieħu sehem flimkien ma’ bintu, Camilla Cleese.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan is-series kien ixxandar f’żewġ serje fl-1975 u fl-1979. L-istorja kienet dwar il-ħajja tal-lukandier ta’ Torquay Basil u martu Sybil.
Din is-serje l-ġdida, 40 sena wara, se tkun dwar kif Basil qiegħed jgħix fid-dinja moderna.