Id-drittijiet televiżivi tal-Kamjonat Taljan Serie A huma f’idejn Spanjoli. MediaPro kiseb id-drittijiet tat-trasmissjoni tal-kampjonati għat-tliet snin li ġejjien. Huma għamlu offerta li talbu il-Lega t’ Serie A ta’ biljun u 50 miljun Ewro għal kull l-istaġun, anzi tefgħu offerta ta’ elf ewro superjuri. MedaPro issa ibiegħu mill-ġdid lill-operaturi, madwar l-Italja id-dinja u possibilment jagħmlu kanal tematiċi ta’ trasmissjoni.
Din l-ahbar hija rivoluzzjonarja ghal futbol fl-Italja tanmt li SKY deja qed ifficcu il-Lega ta’ Serie A fuq kompetizzjoni inġusta liema risposta trid tinqata’ fi żmien 45 jum. L-istazzjonijiet ta` Murdock u Mediaset Premium tefgħhu offerti inferjuri għad-900 miljun Ewro. Issa dawn l-istazzjonijiet jistgħu jagħmlu offerta lil Mediapro sabiex jixtru d-drittijiet taż ċerta logħbiet. Għadu mhux magħruf pero kif ser jintlaqat il-konsumatur.
Is-somma rekord ta’ Mediapro tpoġġi lid-drittijiet televiżivi tal-futbol fl-Italja biss wara il-Premiership Ingliż u il-Liga Spanjola izda qabel il-Kampjonat Ġermaniż. MediaPro li hija kumpaniji Katalana deja tipproduċi 13 il-Kampjonat u issa interessata anke fil-Kampjonat ta` Serie B.
Il-ħsieb ta’ MediaPro huwa li jogħli il-livell estetiku ta’ 380 loghba tal-futbol Taljan li issa mhux ser ikollhu iktar logħbiet biss is-Sibt (f’żewġ ħinijiet differenti); Il-Ħadd (fi tlett ħinijiet differenti) u t-Tnejn, iżda ser ikollu tmien ħinijiet ta’ logħbiet, b’logħob is-Sibt fit-15:00 u l-Hadd fis-18:00