Sorsi qrib ħafna tal-Pulizija kkonfermaw magħna li r-raġel Serb li llum nstab mejjet f’appartament f’Tas-Sliema huwa t-tabib mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li ftit tal-jiem ilu ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li seraq kaxxi tal-mediċini kontra l-uġiegħ li normalment jintużaw min-nisa tqal waqt il-ħlas.
It-tabib li mhux Malti, iżda ilu jippratikka l-mediċina f’Malta għal dawn l-aħħar disa’ snin, kellu fil-pussess tiegħu bosta kaxxi tal-mediċina li kellhom il-marka tal-Gvern ta’ Malta (GM).
Ħafna drabi din il-mediċina hija preskritta għall-kontra l-uġigħ.
L-istess sorsi kkonfermaw li m’hemm ebda suspett ta’ involviment ta’ terzi persuni jew inkella sinjali ta’ vjolenza u żgass fl-appartament fejn instab.