Srdjan Stevanovic, is-Serb ta’ 38 sena se jitressaq il-Qorti fis-2:15pm, wara li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn li għadda ġie arrestat f’dar fl-Imsida minħabba li kien armat b’armi tan-nar u skieken.
Huwa beda jhedded li se joqtol in-nies. L-operazzjoni biex ġie arrestat Stevanovic damet aktar minn 6 sigħat.
Stevanovic huwa magħruf sew mal-pulizija hekk kif għal aktar minn darba ġie mressaq il-Qorti fuq akkużi serji fosthom dwar droga.
Kien ONE News li żvela l-identità tas-Serb.
ONE News huwa infurmat li s-Serb se jitressaq il-Qorti llum wara li għamel xi jiem jirċievi kura.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/11/02/esklussiva-srdjan-stevanovic-huwa-s-serb-arrestat-dal-lejl-wara-li-kien-armat-barmi-tan-nar-u-skieken/