Ex Uffiċjal fid-Dipartiment tas-Sajd, li kien mixli b’ħasil ta’ flus u frodi kellu s-sentenza ta’ erba’ snin priġunerija għal tliet snin ħabs bi probation.
Fl-2014, Francis Caruana ta’ 60 sena kien akkużat b’ħasil ta’ flus, estorsjoni, miżapproazzjoni u frodi fid-Dipartiment tas-Sajd. Dan allegatament ħareġ minn diskrepanzi li rriżultaw minn rapport tal-awditjar.
L-akkużi huma marbuta ma’ taxxi li tħallsu lid-Dipartiment fuq ir-rilaxx ta’ ħut importat, li uffiċjali huma intitolati li jieħdu xi flus meta il-formoli ta’ rilaxx ikunu ffirmati skont l-ispezzjonijiet li jsiru wara l-ħinijiet tal-uffiċċju.
Caruana kien mixli li ħa €32,000 u naqas milli jiddikjara l-ammont ta’ flus ta’ dawn it-taxxi li f’dikjarazzjoni annwali tat-taxxi.
F’Ġunju tas-sena l-oħra, l-ex uffiċjal pubbliku kien ingħata sentenza ta’ priġunerija b’mod effettiv, multa ta’ €63,000. Il-Qorti kienet ordnat li l-propjetà ta’ Caruana tiġi kkonfiskata minħabba l-akkuża ta’ ħasil ta’ flus.
Il-Qorti tal-Appell li kkunsidrat li l-imputat kien irritorna il-€32,000 lid-Dipartiment tas-Sajd.
Meta kkunsidtrat dan kollu l-Qorti tal-Appell, naqset is-sentenza ta’ priġunerija għal 3 snin b’perjodu ta’ probation u kkonfermat il-multa ta’ €63,000 u qablet li jkollu l-propjetà tiegħu kkonfiskata.
Huwa ġie ordnat iħallas wkoll aktar minn għaxart elef ewro fi spejjeż tal-Qorti.