F’Settembru li ġej l-Imħallef Lawrence Mintoff se jiddeċiedi jekk l-Ispettur Keith Arnaud għandux jibqa’ fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’Diċembru n-negozjant Yorgen Fenech kien fetaħ kaz kostituzzjonali għax ma ridx lill-ispettur Arnaud jinvestigah u kien għamel numru ta’ allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu.
Mill-investigazzjonijiet li għamel l-ispettur Arnaud flimkien mal-FBI u l-Europol arrestaw lill-eżekutturi xahrejn biss wara l-qtil ta’ Caruana Galizia. Huma waslu wkoll għall-arrest tas-suspettat mandant fil-qtil Yorgen Fenech wara li Melvin Theuma, il-middleman fil-każ, ingħata l-proklama biex jikxef dak kollu li jaf dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia.