Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji qal li s-sensji li ħarġu f’xi kumpaniji tal-gaming mhumiex speċifiċi għal Malta iżda bħala parti minn proċess ta’ ristrutturar li xi kumpaniji qegħdin jagħmlu.
Fi stqarrija li fiha s-Segretarjat wieġeb għal rapporti fil-midja, ingħad li f’Malta bħalissa hawn 7,000 ħaddiem li jaħdmu ma’ 300 kumpanija fl-industrija tal-gaming. Qal li għalhekk huwa normali li minn żmien għal żmien dawn il-kumpaniji jagħmlu proċess ta’ ristrutturar.
Il-Gvern qal li jagħmel kuntatt kontinwsu mal-kumpaniji tal-igaming. Dan sostnieh ukoll iċ-Chairman tal-kumpanija tal-Gaming IGEN Enrico Bradamente f’rapporti fil-midja.
L-istqarrija tas-Segretarjat Parlamentari temmet tgħid li l-industrija tal-gaming ħolqot diversi impjiegi, filwaqt li tikkontribwixxi lejn l-ekonomija. Sostna li ċifri uffiċjali juru li din is-sena se tkun aqwa mis-sena l-oħra.