Is-Senat Amerikan għadu kif ikkonferma lil Pete Puttigieg bħala Segretarju għat-Trasport u membru fil-kabinett tal-President Joe Biden.
Buttigieg sar id-dsatax is-Segretarju għat-Trasport fl-istorja politika Amerikana u l-ħames membru fil-Kabinett ta’ Biden li ġie kkonfermat mis-Senat.
Pete Buttigieg ta’ nisel Malti u li anki jitkellem bil-Malti kien għamel ħoss fl-elezzjonijiet primarji tad-Demokratiċi.
Meta Biden innominah għal din il-kariga fil-qalba tal-Gvern Amerikan, Pete Buttigieg kien qal li din hija opportunità tajba biex jibni infrastruttura sostenibbli, li toħloq aktar impjiegi u ttejjeb il-ħajja tal-Amerikani.