Is-Senat Amerikan ivvota biex jibqa’ għaddej il-proċess kontra l-eks president tal-Istati Uniti Donad Trump b’rabta mal-irvellijiet imdemmija f’Capitol Hill f’Jannar li għadda.
Il-vot għadda b’56 vot favur u 44 vot kontra, tant li anke wħud mis-senaturi Repubblikani jinsabu favur li jitkompla l-proċess.
Jekk eventwalment Trump jitlef dan, ma jkunx jista’ jikkontesta għall-ebda kariga politika oħra kemm idum ħaj.