Is-Senat Amerikan għadda abbozz ta’ liġi li jinkludi nefqa ta’ $369 biljun biex ikun miġġieled it-tibdil fil-klima, l-akbar investiment fl-istorja Amerikana.
L-abbozz bl-isem ta’ ‘Inflation Reduction Act’ se jkun qed inaqqas l-emissjonijiet b’erbgħin fil-mija sal-2030.
Fost l-oħrajn dan ser jintlaħaq billi jingħataw grants mill-Gvern biex ikun inċentivat xiri ta’ aktar karozzi elettriċi
Issa dan l-abbozz se jkun qed jgħaddi għall-Parlament Amerikan, li l-Partit Demokratiku, l-istess partit tal-President Biden, għandu l-maġġoranza fih.
Minn hemmhekk imbagħad l-abbozz jgħaddi minn taħt iden Joe Biden meta jgħaddih bħala liġi.
Dan l-aħħar, l-Istati Uniti kienu milquta ferm mill-effetti tat-tibdil fil-klima, b’postijiet jgħerqu u oħrajn jġarrbu minn nirien kbar minħabba temp sħun.