Is-Senat Amerikan approva pakkett t’għajnuna finanzjarja li tlaħħaq il-ħamsa u disgħin biljun dollaru Amerikan, li jipprovdi appoġġ militari lill-Ukrajna, lil Iżrael, u lit-Tajwan.
Dan il-pakkett jinkludi wieħed u sittin biljun dollaru Amerikan f’għajnuna lill-Ukrajna, li l-Pentagon qal li tista’ tasal fil-pajjiż mifni mill-gwerra ‘fi ftit jiem’.
Aktar tard illum, il-President Joe Biden mistenni jiffirma l-leġiżlazzjoni biex issir liġi, li sejħilha bħala ‘kritika’ u li se tagħmel lill-Istati Uniti u lid-dinja aktar sigura, minn terroristi bħall-Hamas u Vladimir Putin.