Is-Senat Amerikan approva għajnuna militari u umanitarja ta’ $40 biljun lejn l-Ukrajna, minħabba l-gwerra.
Dan hekk 86 membru vvutaw favur, waqt li 11 biss ivvutaw kontra.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President Amerikan Joe Biden qal kif dan il-vot jibgħat messaġġ b’saħħtu lid-dinja, li l-Istati Uniti hija ta’ spalla għall-poplu Ukren.
Intant, il-President Ukren Volodymr Zelenskyy irringrazzja lill-Istati Uniti għal din l-għajnuna lejn pajjiżu.