Is-sena l-oħra l-kaxxa ta’ Malta rreġistrat surplus ta’ €71 miljun.
Dan kien kien ekwivalenti għal nofs perċentwal (0.5%) tal-prodott domestiku gross skont statistika ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika.
Id-dejn tal-Gvern niżel għal 43.1% tal-prodott domestiku gross.
Id-dejn f’Malta ifisser li huwa kważi n-nofs tal-medja Ewropea u tliet darbiet anqas mid-dejn li għandhom it-Taljan li jlaħħaq il-137%.
Is-surplus f’Malta ħareġ wara li d-dħul laħħaq ftit aktar minn €5,045 miljun u l-ispiża kienet ta’ ftit aktar minn €4,974 miljun.
Intant fl-aħħar kwart tas-sena l-oħra, l-NSO spjega li pajjiżna rreġistra surplus ta’ sbatax-il miljun u nofs ewro.
Fuq kull mitt ewro li nefaq il-Gvern, tletin ewro marru għal pagi.
Dan filwaqt li ħamsa u għoxrin ewro minnhom marru għall-benefiċċji soċjali.
Dan ifisser li kwart tan-nefqa tal-Gvern tmur għall-għajnuna soċjali.
Apparti minn hekk, għaxra fil-mija tan-nefqa tal-Gvern hi fuq investiment.
Dan apparti li f’kuntest ta’ qasam tax-xogħol b’saħħtu, id-dħul tal-Gvern, aktar minn terz minnu (36.2%) ġej mit-taxxi fuq id-dħul tal-ħaddiema.